“Il-Labour rebaħ l-aħħar elezzjoni b’ingann” – Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sostna fil-Parlament li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali tal-2017 b’ingann.

Fil-Parlament huwa irrefera għax-xiehda ta’ Keith Schembri fl-inkjesta pubblika u sostna li wara tliet snin gideb ħarġet il-verità jiġifieri, skont hu, li l-elezzjoni ssejħet mhux minħabba l-Egrant.

Huwa qal li inutli li l-Gvern joqgħod jitkellem fuq il-vjolenza domestika meta Daphne Caruana Galizia kienet vittma ta’ mibgħeda u iddemonizzaha.

Azzopardi qal li huwa jistenna li l-Partit Laburista u Robert Abela għandhom jiddistakkaw ruħhom minn Joseph Muscat.

Share With: