Il-Ministru Bartolo jżur il-ħaddiema fil-lukandi fl-aħħar jum tas-sena

Ritratti: ROGER AZZOPARDI

Lejliet l-ewwel tas-sena l-ġdida l-Ministru Clayton Bartolo żar lill-ħaddiema fil-lukandi. Bartolo rringrazzja lil dawn il-ħaddiema flimkien ma’ ħafna oħrajn li sa mill-bidu tal-pandemija kellhom jaffaċċjaw numru ta’ sfidi.

Huwa ma naqasx milli jfakkar dwar l-għajnuna li dan il-gvern għażel li jagħtihom biex ikunu jistgħu jiġu affettwati mill-anqas. Intant f’messaġġ ta’ pożittività huwa qal li jħares ‘il quddiem b’ottimiżmu lejn is-sena l-ġdida u ħeġġeġ lil dawn il-ħaddiema biex ikomplu bil-ħidma tagħhom f’dan is-settur tant importanti.

Share With: