Il-Ministru Ian Borg jippreżenta liġi ġdida għall-periti

Il-Gvern ippreżenta fil-Parlament l-abbozz ta’ liġi li se jemenda dik li tikkonċerna l-prattika tal-periti kif ukoll tal-inġinieri ċivili.

Huwa u jressaq dan l-abbozz, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapital Ian Borg irrimarka li dan l-abbozz jaħseb biex il-liġi timxi aktar mal-liġi Ewropea.

Il-liġi proposta mhux biss tirregola l-‘warrant’ li jrid ikollhom il-periti biex jipprattikaw imma telenka l-multi u l-pieni ta’ ħabs jekk persuna tagħmilha ta’ perit meta ma tkunx u jekk il-periti ma jimxux mal-imġieba mistennija minnhom.

L-abbozz jgħid ukoll li l-periti jridu jkunu koperta b’polza tal-assikurazzjoni u jirregola lill-periti barranin li jkunu jridu jaħdmu fostna.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru Borg sellem lill-periti li jaħdmu mal-Gvern għax-xogħol li qed jagħmlu u semma kif proġetti kbar qed jiġi iddisinjati minn periti lokali fejn anke semma b’ismu lill-Perit Edric Micallef li iddisinja l-proġett tal-Marsa.

Share With: