Il-Partit Laburista ifakkar lil Karin Grech

Tlieta u erbgħin sena wara li Karin Grech sfat maqtula minn ittra bomba, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela taha ġieħ fuq il-mafkar tagħha f’San Ġwann. 

Il-Prim Ministru qal li qatt ma fehem kif kien hemm min wasal biex jagħmel dan l-att u l-piż li refgħet il-familja tagħha ftit jistgħu jifhmuh għax tul is-snin pajjiżna falla milli ssir ġustizzja.

“Nemmen li l-pulizija għandha tibqa’ tinvestiga ħa ssir ġustizzja fuq min wettaq dan ir-reat… Kull ċittadin għandu parti x’jilgħab biex dak li ġara ma jerġax jiġri. Ma nħallu ‘l ħadd idaħħal iż-żerriegħa tal-mibegħda.”

Share With: