Il-POU ssostni mill-ġdid dwar l-importanza tal-Bodycams

Fi stqarrija maħruġa mill-Police Officers Union fl-aħħar sigħat saret referenza għal artiklu li deher f’ġurnal lokali rigward il-Bodycams.

Il-Police Officers Union filwaqt li rringrazzjat l-amministrazzjoni, fakkret li din ilha tisħaq fuq l-importanza li l-uffiċjali jkunu attrezzati b’dan l-apparat sa minn żmien ilu.

L-Union temmet tenfasizza dwar dan il-perjodu u qalet li sa minn meta kien hemm Sandro Camilleri bħala President tal-POU, hija sostniet dwar dan l-apparat tekonoloġiku li jista’ jgħin biex jingħelbu ċertu allegazzjonijiet bla bżonn.

Share With: