Il-Pulizija tinvestiga l-ħruq ta’ diversi vetturi f’parkeġġ fil-Gudja; 18-il vettura jinqerdu għal kollox

Il-Pulizija mill-Arsons Unit fi ħdan l-Iskwadra tar-Reati Maġġuri, flimkien mad-Distrett taż-Żejtun qegħdin jinvestigaw il-ħruq ta’ diversi vetturi li kienu pparkjati f’parkeġġ fil-Gudja. B’kollox 18-il karozza nqerdu bin-nirien, waqt li oħrajn ġarrbu xi ħsarat. 

Għall-ħabta ta’ 11.45 p.m., il-pulizija ntalbu jassistu fi Triq Dawret il-Gudja. Kif waslu fuq il-post sabu numru ta’ vetturi f’ħuġġieġa nar.  

Intalbet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien, liema operazzjoni damet sat-3.00 a.m.

Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ. 

Il-Maġistrat tal-Għassa, Dr Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, mgħejuna minn esperti mqabbda minnha.  

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: