Il-vittmi tal-Covid-19 jitilgħu għal 155

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ħabbar li erba’ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 76 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-4 ta’ Ottubru, miet fl-4 ta’ Diċembru fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjana ta’ 83 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fid-19 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ anzjan ta’ 76 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Novembru, miet dalgħodu fl-Isptar Mater Dei.

Fir-raba’ każ anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-28 ta’ Novembru, miet dalgħodu fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex kulħadd jibqa’ viġilanti u jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni; il-ħasil tal-idejn, l-ilbies tal-maskra u d-distanza fiżika.

Share With: