Imnedija edizzjoni speċjali tal-Premju għall-Arti

Il-Premju għall-Arti hija inizjattiva tal-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Kulturali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Din is-sena il-Premju se jiċċelebra l-impenn tas-settur kulturali u kreattiv biex jegħleb l-isfida tal-imxija tal-COVID-19.
Il-Ministru Herrera sostna li “Huwa ta’ sodisfazzjon li din is-sena il-Premju għall-Arti se jiċċelebra l-impenn tas-settur kulturali u kreattiv biex jegħleb l-isfida tal-imxija tal-COVID-19.” filwaqt li sostna kif matul dawn l-aħħar xhur l-artisti urew bic-car kif l-isfidi rnexxielhom jibdluhom f’opportunitajiet permezz tal-kreativita taghhom.

Il-Gvern huwa mpenjat li jkun ta’ spalla mal-artisti u dawk kollha involuti fis-setturi kulturali u kreattivi, fejn ghas-sena diehla ġie mħabbar programm ta skemi u mizuri fejn b’mod dirett ser jigu nvestiti total ta’ Eur 6 miljuni ghal progetti u inizjativi.

Il-Premju għall-Arti 2021 se jiffoka fuq l-isforżi tal-kommunita’ artistika lokali biex jingħelbu l-isfidi kkawżati mill-pandemija. Waqt din l-ediżżjoni speċjali se jingħataw żewġ premjijiet; il-Premju għall-Aqwa Inizjattiva waqt l-imxija tal-COVID-19 u l-Premju għall-Aqwa Produzzjoni waqt l-imxija tal-COVID-19.
Il-Premju għall-Aqwa Inizjattiva waqt l-imxija tal-COVID-19 se jagħti rikonoxximent lill-organizzazzjonijiet privati għall-inizjattivi artistici u kulturali li permezz tal-innovazzjoni fil-ħsieb u l-prattika waslu l-arti u l-kultura għand il-kommunita’ fiż-żminijiet tant kruċjali għas-soċjeta. Il-Premju għall-Aqwa Produzzjoni waqt l-imxija tal-COVID-19 jirrikonoxxi dawk il-proġetti li minkejja l-isfida laħqu livell għoli ta’ produzzjoni.
L-Assoċjata Christabel Catania, mill-Kunsill Malti għall-Arti spjegat li l-proċess tan-nominazzjoni huwa sempliċi – il-membri tal-pubbliku jridu jimlew formola sempliċi fuq is-sit www.premju.mt. Meta tiġi mressqa nomina, t-tim tal-Premju għall-Arti jikkuntattja lill-individwi nnominati, u jistaqsihom jekk jaċċettawx in-nomina. Jekk jaċċettaw, ikunu jridu jressqu dokumentazzjoni dwar ix-xogħol tagħhom, li eventwalment jiġi evalwat minn esperti fis-settur.
Flimkien maż-żewġ Premjijiet Speċjali l-Premju għall-Arti se jagħti wkoll erba’ Unuri mhux kompetittivi: l-Unur għall-Karriera Artistika, l-Unur għall-Promoturi Kulturali, l-Unur għall-Wirt Artistiku u l-Ambaxxatur fl-Arti.
Iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni se tittella’ f’April 2021, il-proċess tan-nominazzjoni jinsab miftuħ fuq www.premju.mt, u jagħlaq fil-11 ta’ Jannar 2021. Nominazzjonijiet li jaslu tard mhux se jiġu kkunsidrati.
Għal aktar informazzjoni ċempel lill-Kunsill Malti għall-Arti fuq telefon 2339 7019, jew email fuq awards@artscouncil.mt

Share With: