“Indunajt li f’għajnejn il-priġunieri hemm rieda biex jikkontribwixxu għas-soċjetà”- il-Kardinal Mario Grech

“Aħna lkoll bnedmin u allura l-għaġna tagħna hija dgħajfa u allura hija ħaġa tajba li fis-soċjetà tagħna, in-nazzjon tagħna, jipprovdilna l-mezzi biex nikkoreġu lilna nfusna u nippruvaw inkomplu nikbru.”

Dan iddikjarah il-Kardinal Mario Grech meta żar il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Iddikjara li fil-priġunieri ra sens ta’ determinazzjoni biex jirriformaw lilhom infushom.

Enfasizza li “Minkejja kollox, indunajt li f’għajnejn il-priġunieri hemm rieda, xewqa, li jtejbu lilhom infushom u jikkontribwixxu għas-soċjetà.”

“Qabel tlaqt minn Ruma kelli laqgħa mal-Papa u għidtlu li kont ġej nagħmel din iż-żjara u qalli espressament biex inwassal il-barka miegħu lil din id-dar”, tenna l-Kardinal Mario Grech.

Share With: