It-tilqima kontra l-COVID-19 mandatorja? Id-Deputat Prim Ministru jwieġeb li mhux se tkun obbligatorja

Fil-Palament tqajjem il-punt jekk it-tilqima kontra l-COVID-19 hux se tkun mandatorja. Kien id-Deputat Nazzjonalista David Thake li staqsa jekk hemmx il-ħsieb li t-tilqima konta l-Covid19 tingħatax b’mod mandatorlju. Il-Ministru għas-Saħħa, Dr. Chris Fearne wieġeb għal dan billi qal li “l-vaċċin kontra l-COVID-19 mhux se jkun wieħed mandatorju.”

Kawża ilha għaddejja 47 sena

Id-dewmien fil-Qorti hi xi ħaġa li spiss tkun diskussa. Spiss ikun ilmentit dwar xi kawżi li jdumu s-snin u li spiss jingħad li meta l-ġustizzja ma’ ssir fil-ħin ma tkunx saret ġustizzja. Fil-Parlament minn mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo irriżulta li hemm kawża li ilha għaddejja 47 sena, jiġifieri mis-sena 1973. Il-Ministru għall-Ġustizzja, Edwad Zammit Lewis iddikjara li “ninsab infurmat li l-itwal kawża li ilha pendenti ġewwa l-Qorti, hija l-kawża bin-numru 14/1973 fl-ismijiet Angelo sive George Grech vs Joseph Grech et ipprezentata fil-9 ta’ Marzu 1973 quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza superjuri tagħha u li għadha qed tinstema’ u qed tkun differita minħabba probabbli transazzjoni.”

11-il persuna jew kumpaniji jagħtu konsulenza lil MTA… Spiża ta’ €278,028

Regolament fil-Parlament isiru mistoqsijiet dwar konsulenzi f’ministeri jew entitajiet. Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu dwar l-ammont ta’ konsulenzi fl-Awtorità għat-Turiżmu. Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo wieġeb li “bħalissa l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed tingħata konsulenza mingħand 11-il individwu/kumpanija. Dawn il-konsulenzi huma fuq diversi aspetti turistiċi fosthom opportunitajiet kummerċjali u żviluppi ta’ swieq turistiċi ġodda; u għajnuna fl-implimentazzjoni ta’ policies fost l-oħrajn. Il-ħlas totali tagħhom għal din is-sena, s’issa jammonta għal €278,028.”

F’ħames snin 142 ordni ta’ ħarsien għat-tfal… Minn Lulju inħarġet ordni waħda

Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet għat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon fi tweġiba Parlamentari qal li f’ħames snin inħarġu 142 ordni ta’ ħarsien għat-tfal. Minn Lulju ta’ din is-sena sa issa inħarġet ordni waħda. Il-Ministru Falzon qal li “d-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal jgħarraf illi ħarġu 142 Ordinijet ta’ Ħarsien. Hu indikat illi mill-1 ta’ Lulju 2020 ħareġ biss Ordni wieħed ta’ Ħarsien, biss kien hemm sitt (6) applikazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Minorenni. Erbgħa (4) minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġu taħt il-proviżżjonijiet tal-Ordni ta’ Emerġenza.”

Share With: