Ittra miftuħa mit-Tabib Ferriggi lill-Ministru Farrugia Portelli ftit ġranet wara li beda jirkupra mill-Covid-19

Miktub mit-Tabib Joe Ferriggi

Onorevoli Ministru, 

Ninnota, bi pjaċir, li għadek kif inħtart Ministru għall-Inklużjoni u Kwalità ta’ ħajja f’hekk imsejjaħ Reshuffle tal-PM Abela li wara kollox dan hu preoragativa tiegħu. Hu l-kowċ u intom il-players. Tista’ taqbel jew ma taqbilx imma fl-aħħar id-deċizjoni hija tal-PM. 

Intant, filwaqt li ma nidħolx fil-merti tat-tibdil fil-portafoll tiegħek, inħossni obbligat li nirringrazzjak tal-ħidma kontinwa bla heda u onesta. Ċert li tajt il-massimu li stajt u kif se tibqa’ tagħti f’dan il-Ministeru l-ġdid bl-aktar mod onest u transparenti.

Eżempju għal kull politikant. 

Qiegħed niktiblek għax il-Portofol il-ġdid tiegħek jolqotni mill-qrib, jien li jien tabib tal-familja li niltaqa’ ma’ tant problemi soċjali kuljum. Jien, kif taf, għaddejt minn esperjenza li nista’ ngħid kelli fejqan mirakuluż u bħalissa qiegħed rikoverat, għandi ħin naħseb aktar fuq nies inqas ixxurtjati minni speċjalment li kelli x-xorti li l-bambin tani l-fejqan.

Il-portafoll il-ġdid tiegħek huwa proprja l-essenzjal tal-politika jiġifieri li ttejjeb il-ħajja tan-nies għalkemm nistqarr li għadni ma’ fhimtx sew min fejn jibda’ u jispiċċa. 

Li nista’ ngħidlek hu, li għandek Super MEGA Ministry. 

L-ewwelnett trid tieħu ħsieb in-nies bi bżonnijiet speċjali. Dawn jistgħu jkunu nies mit-twelid jew wara xi problemi fil-ħajja, wara xi aċċident etc. Nemmen li saru ħafna liġijiet favur dawn in-nies imma wisq naħseb li baqa’ ħafna x’naqdfu. Nies bħal dawn soluzzjonijiet iridu mhux diskussjonijiet biss.   

Dwar l-inkluzjoni għandek baħar li ma jispiċċ qatt. Kemm hawn problemi soċjali u nies emarġinati li hemm bżonn għajnuna speċjalment edukattiva imma wkoll support finanzjarju etċ ad interim. Nies li ħargu minn programmi tad-drogi, mill-ħabs etċ!!

SUPER MEGA MINISTRY!

Dan jeħtieg finanzi kbar!   

Għandek vot fil-baġit biżżejjed, jew ħloqna Ministeru sempliċiment f’reshuffle biex inkunu nistgħu nagħmlu wisgħa għal ministru ieħor? Nawguralek minn qalbi f’dan ir-rwol il-ġdid tiegħek!!

Share With: