Jindarab gravi waqt argument fil-Gżira
Raġel ta’ nazzjonalità barranija ndarab wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-4:30 kien involut f’argument li seħħ fi Tiq ix-Xatt fil-Gżira.
Minn stħarriġ illi sar rrizulta li r-raġel ta’ 33 sena ta’ nazzjonalità Torka, residenti Tas-Sliema, kellu jiddaħal l-isptar isofri minn ġrieħi wara li kellu argumement ma’ raġel ieħor li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa.
Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.sidenti as