Jindarab gravi wara li nqaleb bit-tractor f’għalqa f’Għawdex

Ġuvni ndarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-3:45 p.m kien involut f’inċident li seħħ f’Wied il-Mielaħ fl-Għarb Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ġuvni ta’ 27 sena mill-istess lokalità kien inqaleb bit-tractor waqt li kien fl-għalqa.

Fil-post issejħet assistenza medika sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: