Jinqabżu n-nofs miljun swab test

L-2,071 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa wasslu biex in-numru ta’ swab tests li saru mill-bidu tal-pandemija ’l hawn qabeż in-nofs miljun swab test. Intant mill-iswab tests li saru matul dawn l-aħħar sigħat irriżultaw 129 każ ġdid ta’ persuni li rriżultaw pożittivi, filwaqt li kienu tlieta biss il-persuni li rkupraw mill-virus.

Mill-każi rapportati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 15-il persuna li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom diġà pożittivi, erba’ każi ta’ trasmissjoni fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn pożittivi, u tliet każi li rriżultaw minn attivitajiet soċjali.

Share With: