Jinstab midrub gravi f’daħla ta’ garaxxijiet f’Birkirkara

Raġel indarab gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:15 p.m safa aggredit fi Triq l-Għabex Birkirkara.

Il-Pulizija marret fuq il-post u f’daħla ta’ garaxxijiet, instab raġel bi ġrieħi fuqu. Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li żagħżugħ Ingliż ta’ 21 sena, ġie aggredit minn xi persuni li laħqu ħarbu minn fuq il-post sakemm waslet il-Pulizija.

Iż-żagħżugħ ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku sakemm ittieħed lejn l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak ġie nfurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett u tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri għadhom għaddejjin.

Share With: