Jintbagħat 18-il xahar ħabs wara li baqa’ jagħti fastidju lill-eks-sieħba tiegħu

Raġel intbagħat 18-il xahar ħabs wara li baqa’ jagħti fastidju lill-eks-sieħba tiegħu li hija wkoll omm tat-tliet uliedu.

Ir-raġel kien tressaq b’arrest il-Qorti f’Ottubru li għadda fejn kien mixli bi vjolenza domestika. Madankolla minkejja li kien ordnat biex ma jersaqx lejn il-mara, huwa baqa’ jippersisti, u anke għadda b’vettura mit-triq fejn toqgħod il-mara.

Huwa ammetta għall-akkużi miġjubin kontrih u insista fuq il-ħtija tiegħu anke meta l-Maġistrat Ian Farrugia wissieh dwar il-konsegwenzi.

Għaldaqstant il-Maġistrat irrevoka l-ħelsien mill-arrest u tah sentenza ta’ priġunerija ta’ 18-il xahar.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Eman Heyman, filwaqt li l-avukat Charmaine Charret dehret għar-raġel.

Share With: