Jiżdiedu aktar pajjiżi fil-lista l-oranġjo

Il-Ministru responsabbli mis-Saħħa Pubblika fi stqarrija maħruġa kmieni dalgħodu ħabbar li, bis-saħħa tal-artikolu 2 (1) tar-Regolamenti tal-2020 dwar Ittestjar Mandatorju ta’ Ċerti Vjaġġaturi, qed tiġi riveduta l-lista ta’ pajjiżi li tissemma fl-istess regolamenti. Kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista riveduta ta’ pajjiżi indikati hawn taħt għandu jipprovdi PCR COVID-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn tnejn u sebgħin (72) siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta.

Vjaġġaturi ġejjin f’Malta minn xi wieħed fost dawn il-pajjiżi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test, jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għal kwarantina.

Lista riveduta ta’ pajjiżi:

Andorra
Awstrija
Belġju
Bulgarija
Ċipru
Estonja
Franza (l-ajruporti kollha barra Ile-de-France)
Ġapan
Ġermanja (l-ajruporti kollha barra Baden-Wurttemberg)
Ġordan
Greċja (l-ajruporti kollha barra Attiki)
Indoneżja
Irlanda
Italja (l-ajruporti kollha minbarra Sqallija u Sardenja)
Kanada
Kroazja
Latvija
Libanu
Liechtenstein
Litwanja
Lussemburgu
Marokk
Monaco
Olanda
Polonja
Portugall (l-ajruporti kollha minbarra Madeira u Azores)
Renju Unit
Repubblika Ċeka
Rumanija
San MarinoSlovakja
Slovenja
Spanja (l-ajruporti kollha minbarra Canarias)
Svezja
SvizerraTajlandja
Tuneżija
Turkija
Ungerija
Urugwaj
Vatikan

Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ is-Sibt 12 ta’ Diċembru f’nofsillejl. 

Share With: