Jiżdiedu l-każi attivi b’aktar każi ġodda minn fejqan

Mill-2,858 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 109 każi ġodda ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 64 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi żdiedu għal 1,434.

Intant mill-każi li kienu rapportati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 35 każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom pożittivi għall-virus, 14-il każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, 12-il każ ta’ persuni li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn diġà pożittivi għall-virus, u għaxar każi li rriżultaw minn tlaqqigħ soċjali.

Share With: