Jonqsu t-talbiet lill-Enemalta dwar ħsarat minħabba qtugħ tad-dawl

Bejn l-2017 u l-2020 naqsu t-talbiet għal kumpens li l-Enemalta rċeviet dwar ħsarat allegatament ikkawżati minn qtugħ fil-provvista tal-elettriku.

Kien id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus li talab għal din l-informazzjoni mingħand il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli.

L-eks-ewroparlamentari spjegat kif waqt li fl-2017 kien hemm 234 talba għad-danni, fl-2018 dawn naqsu għal 174, fl-2019 telgħu bi ftit għal 185 u din is-sena reġgħu niżlu għal 149.

Share With: