L-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne għandha tingħalaq fi żmien raġonevoli – Il-Ministru għall-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis

Id-Deputat Nazzjonalista David Thake talab assigurazzjoni fil-Parlament li l-Gvern se jħalli l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u li titħalla tieħu iż-żmien kollu li hemm bżonn.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis iddikjara li “hu ironiku li min-naħa l-Oppożizzjoni tgħidilna li trid emendi kif jinqatgħu l-inkjesti maġisterjali għax jaħsbu li jimxu bil-mod, imma ma jridux dan għall-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Cauana Galizia. Jekk qed jgħid li kien hemm xi ndħil fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne, dan mhux jgħix f’dinja. Kienet l-istess inkjesta pubblika li bagħtet ittra lill-Prim Ministru biex din tkun estiża. L-appell tiegħi hu ċar li l-inkjesta pubblika il-gvern għandu l-interess li titħalla taħdem. Imma din trid tingħalaq fi żmien raġonevoli.  Jew ġustizzja f’ħin raġonevoli jew għamel li trid. Dawn huma double standards. L-inkjesta għandha tingħalaq fi żmien raġonevoli.”

Share With: