L-iskola tal-Belt bl-ikbar assentejiżmu

Il-Belt Valletta għandha l-ogħla persentaġġ ta’ assentejiżmu fost l-iskejjel tal-pajjiż matul iż-żmien tal-pandemija.

Kienet il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana li tkellmet dwar dan fil-Parlament wara li d-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo talabha ssemmi liema belt jew raħal ra l-ikbar assentejiżmu fl-iskejjel.

Caruana ħeġġet lill-ġenituri li mhux jibgħatu lil uliedhom l-iskola biex jekk ma hemm vulnerabilità fil-familja jaraw li jattendu l-iskola.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni nsistiet li huwa fil-klassi li l-istudenti jistgħu jieħdu l-aħjar edukazzjoni possibbli.

Share With: