Malta taqbad pilloli maħsuba li jistimulaw ġellieda

Id-Dwana ta’ Malta qabdet 225 miljun pillola tat-tip Tramadol suspettati li kienu se jmorru għal ġellieda jew suldati waqt xi attakk.

Il-qabda kienet tagħmel parti minn dik li ssejħet Operation Peacock Pills li saret madwar id-dinja bejn l-2015 u l-2018 għalkemm kien issa li d-Dwana Maltija ħabbret il-qabdiet li għamlet.

B’kollox inqabdu 1.2 biljun pillola mill-pajjiżi li ħadu sehem f’din l-operazzjoni jiġifieri l-qabda ta’ Malta kienet 20% tat-total.

Il-pillola Tramadol tista’ tinxtara bir-riċetta tat-tabib u ġeneralment tingħata f’dożi żgħar imma l-qabdiet kbar jindikaw li kienu destinati għall-gwerra peress li għandhom impatt alluċinanti fuq min jeħodhom f’ċertu ammonti.

Share With: