Mauricio Pochettino ma’ Real Madrid?

Sar magħruf li Real Madrid jinsabu f’kuntatt mal-ex coach ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, fit-tentattiv li jaħtruh fit-tmexxija tal-club minflok Zinedine Zidane. Dan tal-aħħar jinsab ferm viċin li jitlef xogħlu iktar u iktar wara t-telfa xejn mistennija fil-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League kontra Shaktar Donetsk bl-iskor ta’ 2-0.

Hu mifhum li l-ogħla awtoritajiet tal-Merengues qed jitolbu spjegazzjonijiet ċari mill-coach Franċiż għal dawn il-wirjiet fqar li qed ikomplu wkoll fil-La Liga Spanjola. 

Pochettino għandu 48 sena u fil-karriera tiegħu mexxa lil Espanyol, Southampton u Tottenham Hotspur.

Share With: