“Nappella biex kull min irċieva l-ittra jieħu t-tilqima”; Mart il-Ministru Fearne tieħu l-vaċċin kontra l-Covid-19

“Nappella lil min irċieva l-ittra biex jieħu l-vaċċin biex jagħmel kuraġġ u jieħu t-tilqima.” Hekk qalet Dr Astrid Fearne, mart id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, f’filmat ippubblikat fuq il-midja soċjali wara li ħadet it-tilqima kontra l-Covid-19.

Hija żiedet tgħid li filwaqt li qed tqis li ħadet id-deċiżjoni t-tajba, issa li ħadet il-vaċċin għandha arma oħra biex tiġġieled lill-mikrobu.

Kompliet tgħid li minkejja li ħadet it-tilqima xorta waħda se tkun qed timxi mal-appell tal-awtoritajiet tas-saħħa, u se tkun qed tibqa’ tilbes il-maskra, tosserva ż-żamma tad-distanza soċjali u taħsel idejha kull meta tista’.

Share With: