Persuna l-isptar wara li vettura waqgħet minn għoli għal ġo barriera fis-Siġġiewi
Il-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili llejla ntalbu jassistu f’inċident b’vettura li seħħ aktar kmieni għall-ħabta tal-5.30 p.m viċin barriera, fil-limiti tal-Girgenti fis-Siġġiewi.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li vettura waqgħet minn għoli ta’ madwar żewġ sulari għal ġo għalqa.
Il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom jassistu persuna li nqabdet fl-imsemmija vettura u tim mediku ssejjaħ biex seta’ jagħti l-ewwel għajnuna.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej…