Raġel arrestat dwar konspirazzjoni ta’ ħruq ta’ vettura

Wara diversi jiem ta’ investigazzjoni, il-Pulizija mill-Arsons Unit fi ħdan l-Iskwadra tar-Reati Maġġuri  arrestaw raġel ta’ 24 sena li joqgħod Ħaż-Żabbar. Dan wara li l-Pulizija waslitilhom informazzjoni li  kienet qiegħda ssir konspirazzjoni ta’ ħruq ta’ vettura.  

Inħareġ mandat għal din il-persuna li wassal biex ġie arrestat ilbieraħ.  

Ir-raġel ta’ 24 sena, li allegatament huwa l-moħħ wara diversi ħruq ta’ vetturi, mistenni jitressaq il qorti għada quddiem il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D u jiġi akkużat bil-konspirazzjoni ta’ ħruq ta’  vettura u kif ukoll li ħoloq biża’ ta’ vjolenza.  

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.  

Share With: