Raġel arrestat iċ-Ċirkewwa b’rabta ma’ droga

Raġel ta’ 46 sena li joqgħod il-Marsa kien arrestat wara li nqabad b’madwar tliet kili ħaxixa tal-kannabis fil-pussess tiegħu.

Wara diversi jiem taħt osservazzjoni, ilbieraħ filgħodu l-pulizija segwew il-vettura li kien qiegħed isuq. F’xi l-11:00 a.m, kif wasal fl-akwati taċ-Ċirkewwa, huwa twaqqaf u saret tfittxija fil-vettura tiegħu.

Fi xkora li kienet fuq wara tal-karozza, il-pulizija sabu 12-il pakkett bil-kannabis, li l-valur fit-triq li kieku din id-droga nbigħet, kienet tlaħħaq l-€55,000. Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat fil-Kwartieri Ġeneral tal-Pulizija, il-Floriana.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin

Share With: