Stale Solbakken maħtur coach tan-Norveġja

Il-federazzjoni tal-Football Norveġiża għadha kemm ħatret lil Stale Solbakken bħala l-coach tat-team nazzjonali l-ġdid. Huwa se jkun qed jieħu post Lars Lagerback li ġie mneħħi mill-kariga mill-istess federazzjoni.

Solbakken se jibda l-ewwel ġurnata tax-xogħol tiegħu nhar it-Tnejn li ġej. Huwa għandu 52 sena u mexxa lil diversi clubs fosthom HamKam, Copenhagen, FC Koln u Wolverhampton Wanderers.

Fil-karriera tiegħu ta’ player, il-pożizzjoni tiegħu kienet dik ta’ midfielder filwaqt li lagħab 58 partita mat-team nazzjonali Norveġiż filwaqt li skorja disa’ goals.

Solbakken deher ferm kuntent li ngħata din il-kariga filwaqt li rringrazzja lill-federazzjoni Norveġiża tal-fiduċja li wrew fih.

Share With: