“Sur Bernard Grech taf li intkom it-tilqima tal-influwenza ma kontux tagħtuha bla ħlas… aħna nagħtuha bla ħlas” – il-Ministru Chris Fearne

F’botta li għadda l-Viċi Prim Ministru Dr. Chris Fearne lill-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Bernard Grech, qallu li “taf li meta kien hemm il-Gvern Nazzjonalista intkom ma kontux tagħtuha bla ħlas it-tilqima tal-influwenza. Kontu tagħtuha bla ħlas lill-vulnerabbli. L-oħrajn kienu jħallsu. Aħna se nagħtuha b’xejn lil kulħadd”.

Ta’ min jgħid li minkejja li l-Kap tal-Oppozizzjoni kien talab għal stqarrija dwar il-pandemija, hu għal raġuni li għadha mhix magħrufa, ma tkellimx.

Share With: