Tindarab gravi f’inċident fiż-Żebbuġ Għawdex

Mara ta’ 60 sena li toqgħod iż-Żebbuġ, Għawdex, kellha tittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal kura medika wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:00 p.m kienet involuta f’inċident fi Triq Tal-Plejju, iż-Żebbuġ Għawdex..

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-mara waqt li kienet dieħla ġo drive-in ta’ garaxxijiet, l- karozza Toyota Passo li kienet qed issuq marret lura u ħabtet ma’ żewġ karozzi pparkjati.

Hi ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdet b’ambulanza l-isptar. Hija ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Share With: