Tliet anzjani jmutu kaġun tal-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li fis-sigħat li għaddew mietu tliet anzjani kaġun tal-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjana ta’ 81 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-5 ta’ Diċembru, mietet fl-24 ta’ Dicembru fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-10 ta’ Diċembru, miet fl-24 ta’ Dicembru fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjan ta’ 74 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fl-10 ta’ Dicembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani, appella biex anke matul dawn il-jiem ta’ festa nibqgħu viġilanti u nsegwu l-miżuri ta’ prevenzjoni.

Share With: