Tliet anzjani oħrajn imutu bil-Covid-19

Tliet anzjani mietu kaġun tal-Covid-19. Dan kien ikkonfermat mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Fl-ewwel każ anzjana ta’ 86 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-8 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. 

Fit-tieni każ anzjan ta’ 69 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Diċembru, miet lbieraħ fil-Good Samaritan Long-Term Care Facility. 

Fit-tielet każ anzjana ta’ 87 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Dicembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex anke f’dawn il-festi kulħadd jibqa’ viġilanti u jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni. 

Share With: