Tnax-il LSEs Għawdxin se jiġu trasferiti lejn gżirithom

Matul din is-sena 12-il Learning Support Educators (LSEs) Għawdxin li jaħdmu Malta se jiġu trasferiti għal Għawdex għax hemm bżonn li dan isir. Kienet il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana li semmiet dan fil-Parlament għal domanda tad-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar. Hija spjegat kif illum hemm hemm 214-il LSEs Għawdxin jaħdmu Malta u waqt li irreferiet għat-trasferiment ta’ 12 minnhom iċċarat li dawn ma jinkludux l-20 LSEs li qegħdin Għawdex fil-perjodu tat-tqala.

Share With: