arrest holdup imsida

Tnejn arrestati b’rabta ma’ hold-up fl-Imsida

Raġel ta’ 34 sena u mara ta’ 25 sena, li huma suspettati li wettqu hold-up xahar ilu fl-Imsida, ġew arrestati lbieraħ filgħodu f’Tal-Pietà.

Investigazzjonijiet kontinwi wasslu biex wara li ġew identifikati ż-żewġ persuni li wettqu s-serqa, fis- sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu, il-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri bdew isegwu l-passi tagħhom. Għal xi d-9:30 a.m, iż-żewġ persuni, li kienu f’vettura BMW, ġew iċċirkondati f’Tal-Pietà u arrestati.

Huma allegatament wettqu hold-up fuq raġel ta’ 50 sena, fil-15 ta’ Novembru illi għadda u dakinhar użaw l-istess vettura li kienu biha lbieraħ filgħodu.

Iż-żewġ persuni se jitressqu l-Qorti llum għall-ħabta tal-11:30 a.m quddiem il-Maġistrat tal- Għassa Dr Yana Micallef Stafrace, mill-Ispetturi Lydon Zammit u Stephen Gulia mill-Iskwadra tar- Reati Maġġuri u mill-Ispettur Colin Sheldon tad-Distrett.

Share With: