Twissija dwar prodott għal dawk b’allerġija jew intolleranza għall-mustarda

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jinforma lill-pubblika il-prodott Chrunchips WOW – Cream and Mild Wasabi m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġeniċi jew intolleranti għall-mustarda għax instab li fih mustarda li mhix iddikjarata fuq it-tikketta.

Id-ditta tal-prodott hija Lorenz, bil-piż tal-borża tkun ta’ 110 grammi. Id-dati tad-durabbiltà tal-prodotti effettwati huma it-3 ta’ April tal-2021, it-8 ta’ April tal-2021, u id-19 ta’ Mejju tal-2021.

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.

Share With: