Vassallo Group jagħti appoġġ finanzjarju lill-Malta Community Chest Fund Foundation

Minħabba l-pandemija tal-Covid-19 din is-sena Vassallo Group iddeċieda li jħassar l-attivitajiet soċjali kollha li kienu ppjanati għal Diċembru u minflok jagħti parti mill-fondi li ma ntefqux f’dan l-attivitajiet lil Malta Community Chest Fund Foundation.

Għak din ir-raġuni ic-Chairman ta’ Vassallo Nazzareno Vassallo akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv tal-Grupp Pio Vassallo and d-direttur fil-Grupp Charlo Bonnici ippreżentaw donazzjoni lill-Eċċellenza Tiegħu il-President ta’ Malta,   Dr George Vella li laqagħha f’isem il-Malta Community Chest Fund Foundation.

L-attivitajiet ewlenin li tħassru kienu l-ikla annwali magħrufa bħala c-Chairman’s Lunch kif ukoll il-party tal-Milied tal-istaff li s-soltu jsiru f’Diċembru.

Barra min dan il-Grupp ikkommetta ruħu biex b’seħħ mill-1 ta’ Jannar jibda jħallas 2000 ewro fix-xahar f’isem l-impjegati tiegħu bħala parti mill-iskema immexxija mill-Fondazzjoni magħrufa bħala l-Employee Contribution Scheme.

Kontribuzzjoni oħra ta’ 1000 ewro kull xahar bdiet titħallas mill-Grupp mill-bidu tal-2020 sal-bqija tal-Presidenza ta’ Dr Vella b’appoġġ għall-inizjattiva tal-President favur is-settur tas-saħħa mentali.

Matul l-istess preżentazzjoni is-Sur Vassallo għadda lill-President donazzjoni oħra miġbura mill-impjegati tal-grupp waqt Dress Down Day li saret f’Ottubru li għadda.

Matul is-snin li għaddew il-Fondazzjoni għenet mijiet ta’ individwi, minn kull livell tas-soċjeta’, żgħażagħ u adulti,  imma l-aktar dawk fil-bżonn. Sfortunatament din is-sena l-istess Fondazzjoni ġiet affetwata mill-Pandemija billi numru ta’ attivitajiet li permezz tagħhom kineu jinġabru l-fondi, kellhom jitħassru.

Vassallo Group iħeġġeġ lil kulħadd jappoġġja l-Malta Community Chest Fund Foundation waqt l-Istrina li ġejja.

Share With: