11-il sena fil-Parlament Franco Debono kien semma l-bżonn li nħarsu lejn enerġija oħra bħall-idroġenu

Ftit tal-jiem ilu l-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija kkritika lill-Gvern attwali għax “tilef il-fondi Ewropej għall-pipeline tal-gas”. Fl-istqarrija, il-PN jgħid li dan il-Gvern għandu politika għall-enerġija “antikwata u nieqsa minn kull kunsiderazzjoni futuristika.” Ta’ min ifakkar li kien dan il-Gvern li appena ġie elett fit-tmun ta’ pajjiżna elimina darba għal dejjem l-użu tal-heavy fuel oil u qeleb għall-gass.

Intant, minkejja din il-kritika mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista, 11-il sena, Franco Debono, dak inhar Deputat Nazzjonalista, f’diskors fil-Parlament, kien semma kif għandna nibdew inħarsu lejn l-idroġenju (hydrogen) bħala “wieħed mis-sorsi ewlieni ta’ enerġija alternattiva.” Debono kien semma kif “f’pajjiżi oħra barra minn Malta din l-enerġija alternattiva diġà qiegħda titħaddem u kif diġà għedt, nemmen li dan se jkun wieħed mis-sorsi ewlenin tal-enerġija alternattiva.” L-avukat FRanco Debono, semma l-idroġenu bħala sors alternattiv ta’ enerġija aktar minn darba fid-diskorsi tiegħu fil-Parlament. Saħansitra stieden lill-Università ta’ Malta biex jekk għadha ma bdietx tistudju dwaru, tibda minnufih.

Dan juri kif Debono, kien wieħed minn tal-ewwel persuni f’pajjiżna li kebbes l-idea biex f’pajjiżna jibda l-istudju dwar l-użu tal-idroġenu. Minkejja dan il-Partit Nazzjonalista, 11-il sena wara ddeċieda li jattakka lill-Gvern dwar il-politika tiegħu għall-enerġija. L-istess Gvern li qata’ għal kollox il-heavy fuel oil.

Share With: