1,198 persuna jieħdu ż-żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19

Sal-bieraħ b’kollox kien hemm 1,198 persuna li ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Dan skont l-informazzjoni ppubblikata mill-Ministeru għas-Saħħa li tindika li s’issa ġew amministrati 19,981 doża tal-vaċċin.

Intant mit-3,345 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm 203 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 175 persuna li rkupraw mill-virus.

In-numru tal-vittmi kaġun tal-Covid-19 f’pajjiżna telgħu għal 253 persuna wara li matul dawn l-aħħar 24 siegħa anzjana ta’ 76 sena mietet f’San Vinċenz de Paule waqt li kienet pożittiva għall-virus. Intant il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li anzjan ta’ 79 sena miet fir-residenza tiegħu waqt li wkoll kien pożittiv għall-virus.

Share With: