Abela jwiegħed lill-operaturi tal-bars u l-każini li se jara li ħadd minnhom ma jfalli

Fil-jiem li ġejjin se jingħataw id-dettalji ta’ kif se taħdem l-iskema finanzjara lis-sidien tal-bars u każini. Ħabbar dan aktar kmieni l-Prim Ministru Robert Abela waqt indirizz politiku li għamel mil-lokalità ta’ Ħal Tarxien.

Abela qal li dan il-Gvern sema’ lil dawn in-nies u se jibqa’ magħhom sal-ġurnata li jibqgħu magħluqin minħabba restrizzjonijiet b’rabta mal-kontroll tal-imxija. Huwa qal li skont parir li ngħataw mill-awtoritajiet il-gvern kellu jieħu deċiżjoni iebsa, iżda wiegħed li sakemm dawn is-sidien jibqgħu magħluqin se jkun imħares li ħadd ma jfalli.

Fl-aħħar jum tas-sena li għaddiet, il-Prim Ministru kien ħabbar għajnuna ta’ miljun ewro għas-sidien tal-bars u l-każini.

Share With: