AĠĠORNAT: L-Għaqda tan-Nar tikkjarifika dwar l-inċident fil-kamra tan-nar fil-Qrendi

L-Għaqda tan-Nar Santa Marija tal-Qrendi fi stqarrija qasira li għamlet fl-aħħar ħin ikkjarifikat li l-persuna kkonċernata fl-inċident tal-bieraħ tinsab f’qagħda tajba u ma tinstabx f’qagħda gravi kif irrappurtat. L-Għaqda rringrazzjat lil dawk li b’xi mod jew ieħor urew solidarjetà magħhom. Huma temmew jawguraw fejqan ta’ malajr lir-raġel involut fl-inċident.

Aktar qabel: Raġel indarab gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-4:45 p.m kien involut f’ inċident li seħħ f’kamra tan-nar fil-Qrendi.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li fil-ħin tal-inċident, raġel ta’ 35 sena residenti l-Kalkara, kien qed jaħdem fuq murtal meta sofra xi ġrieħi. Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Share With: