“Aħna nilbsu l-maskra meta nintalbu nassistu f’emerġenza … il-pubbliku għandu jagħmel l-istess biex inħarsu lil xulxin”

Dan is-sit qiegħed ta’ kull jum iwasslilkom appelli ta’ ħaddiema li minkejja l-pandemija, baqgħu joffru s-servizz tagħhom lill-pubbliku. Dawn il-persuni fix-xogħol tagħhom jitqiesu fost dawk minn ta’ quddiem li minkejja li żiedu fil-miżuri tal-mitigazzjoni biex jevitaw it-tixrid tal-virus, ikollhom jintervjenu biex joffru l-assistenza tagħhom, anke jekk din l-assistenza tirrikjedi ċertu riskju fuq saħħithom.

Tkellimna ma’ Duncan Cutajar, Assistent uffiċjal tas-salvataġġi fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li qalilna li “Vera huma żminijet diffiċli imma għandna nosservaw id-direttivi mill-awtoritajiet tas-saħħa u żommu d-distanza soċjali fost miżuri oħrajn li jħarsuna mit-tifrix tal-virus”. 

Huwa spjegalna li huma bħala uffiċjali meta jintalbu jassistu f’xi emerġenza, jaraw li jilbsu l-ilbies protettiv. Żied jisħaq dwar l-importanza li għas-sigurtà tal-individwu u tagħhom stess, fl-eventwalità li jkollhom bżonn l-għajnuna, tintlibes il-maskra kif indikat mill-awtoritajiet tas-saħħa”.

Share With: