Aktar fejqan minn każi ġodda … Imutu tliet anzjani oħra

Filwaqt li d-dożi ta’ vaċċini amministrati sal-bieraħ kien jammonta għal 16,531, mit-3,111 swab tests li saru rriżultaw 143 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt in-numru ta’ persuni li rkupraw kien jożboq dak tal-każi ġodda, hekk kif kien hemm 201 persuna li kienu indikati bħala li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi niżel għal 2,740.

Intant mill-informazzjoni maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa, in-numru ta’ persuni f’pajjina li mietu bil-Covid-19 tela’ għal 248, hekk kif mietu tliet anzjani nisa ta’ 92 sena, 93 sena u 100 sena. Huma kienu rikoverati fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Karin Grech u fl-Isptar Sammaritan it-Tajjeb waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Share With: