Alarm Phone: 97 immigrant salvati fl-SAR Malti

Sebgħa u disgħin immigrant ġew salvati fiż-żona Maltija ta’ tiftix u salvataġġ (SAR). Qalet dan l-NGO umanitarja Alarm Phone li qalet li l-vapur bl-immigranti abord issa qed ifittex port sigur fejn jidħol.

F’messaġġ fuq twitter Alarm Phone qalet li dgħajsa b’90 immigrant abbord kienet talbet għall-għajnuna wara li telqet mil-Libja.

Alarm Phone qalet li d-dgħajsa bl-immigranti kienet tinsab fl-SAR ta’ Malta, u li kienu informaw lill-awtoritajiet Maltin.

Fi tweet separat wara madwar sagħtejn Alarm Phone qalet li l-immigranti kienu ġew salvati mill-NGO Open Arms.

Fil-messaġġ tagħha Alarm Phone qalet li l-Frozi Armati ta’ Malta rrifjutaw milli jirrispondu għas-sejħa ta’ għajnuna. L-NGO temmet tgħid li Open Arms issa tinħtieġ port sigur fejn iddaħħal l-immigranti.

Share With: