Amministrati aktar minn 13,000 doża tal-vaċċin; 200 każ ġdid filwaqt li jirkupraw 148; Tmut anzjana ta’ 84 sena

Id-dożi ta’ vaċċini li ġew amministrati sal-bieraħ qabeż it-13,000. Dan skont l-istatistika ppubblikata mill-Ministeru għas-Saħħa li ta’ kuljum tagħti stampa tal-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna.

L-istatistika turi wkoll li minn 3,481 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 200 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 148 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi tela’ għal 2,835 każ.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li matul dawn l-aħħar 24 siegħa mietet anzjana ta’ 84 sena waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19. Hija kienet qed tirċievi kura fl-Isptar Mater Dei.

Share With: