Anzjan ta’ 74 sena jmut waqt li kien pożittiv għall-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li anzjan ta’ 74 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-20 ta’ Diċembru. Huwa miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei. 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, appella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni, hekk biss nistgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Share With: