Anzjana ta’ 94 sena l-ewwel residenta f’San Vinċenz li tieħu t-tilqima

Mary Pizzuto, fl-età ta’ 94 sena, saret l-ewwel anzjana li ħadet il-vaċċin kontra l-Covid-19 fir-Residenza għall-Anzjani San Vinċenz de Paul.

Intant matul il-ġurnata tal-lum f’San Vinċenz se jkun hemm 40 anzjan ieħor u kif ukoll 15-il membru tal-istaff li jieħdu t-tilqima.

F’kumment li ta, il-Ministru Michael Farrugia rringrazzja lill-frontliners kollha “li kienu u għadhom qrib l-anzjani u lill-anzjani nfushom.”

Share With: