Anzjana titlef ħajjitha kaġun tal-Covid-19 fl-ewwel jum tas-sena

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li anzjana mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.

L-anzjana ta’ 73 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-14 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, appella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni fosthom id-distanza soċjali, l-ilbies tal-maskra u l-ħasil tal-idejn.

Share With: