Appell biex il-poplu jgħin lid-Dar tal-Providenza fil-maratona “Festa ta’ Ġenerożità”

Aktar kmieni dalgħodu l-Arċisqof Charles J. Scicluna appella lill-poplu Malti biex jagħmel sforz u jgħin lid-Dar tal-Providenza. Dan waqt li ċċelebra l-ftuħ tal-maratona ta’ ġbir ta’ fondi “Festa’ Ġenerożità” li ta’ kull sena tiżvolġi fl-Ewwel tas-Sena

Is-sena li għaddiet inġabret is-somma sabiħa ta’ ftit aktar minn €1,275,000 bil-għan li jiġu mgħejjuna r-residenti tad-Dar tal-Providenza li għandhom bżonn għajnuna u kif ukoll attenzjoni speċjali.

Fost dawk li wieġbu għas-sejħa għal għotja ta’ għajnuna kien hemm il-General Workers’ Union li ppreżentat €500 b’risq dawn il-persuni li sabu l-għajnuna meħtieġa grazzi għal din id-dar li ġiet imwaqfa minn Monsinjur Mikiel Azzopardi li tat lilhom u lil familja tagħhom tama ġdida.

Share With: