ARA: Avviċinata b’rabja għax ipparkjat f’żona riżervata għad-diżabbli … Tispjega b’filmat fuq TikTok

Għawwiema tal-paraolimpjadi qiegħda tiftaħ qalbha dwar każ li kellha fl-aħħar jiem meta mara resqet lejha rrabjata minħabba li rata pparkjata f’kaxxa riżervata għal persuni diżabbli.

L-atleta Jessica Long għandha amputazzjoni fiż-żewġ saqajn, iżda dan l-ostaklu mhijiex biħsiebha tħallih iwaqqafha milli tipparteċipa fl-edizzjoni li jmiss tal-Paraolimpjadi li se jsiru f’Tokyo.

Il-mara li għandha 28 sena twieldet b’difett u sa minn meta kellha 18-il xahar kellha titgħallem timxi b’riġlejn prostetiċi.

Meta kienet ipparkjata f’żona riżervata għal persuni diżabbli, sewwieqa oħra resqet lejha u b’rabja kbira staqsietha għalfejn kienet ipparkjat hemmhekk. L-atleta malajr weġbitha li hi kienet tbati ħafna biex timxi minħabba l-prostetika, iżda s-sewwieqa bla ma uriet l-ebda simpatija telqet mill-post bl-istess rabja li avviċinatha biha.

F’filmat fuq il-profil tagħha ta’ TikTok, Jessica spjegat li din ma kinitx l-ewwel darba li ġiet avviċinata b’rabja u li minkejja li hi kienet drat, tajjeb li persuna taħseb qabel tiġġudika lil ħaddieħor.

@jessicatatianalong

To the handicap police… be kind! 👏🏼 ##amputeelife ##fyp

♬ orijinal ses – cagritaner
Share With: