Arċisqof Brażiljan investigat fuq abbuż sesswali fuq studenti fis-seminarju … ġieli kien jitlob waqt l-istess allegati abbużi

Il-belt ta’ Belem u żoni oħra fil-Brażil jinsabu maħsudin u dan hekk kif il-Pulizija ħabbru proprju ftit jiem ilu li kienu għaddejjin f’investigazzjonijiet li jikkonċernaw l-Arċisqof tal-belt ta’ Belem.  L-investigazzjonijiet huma dwar allegati abbużi sesswali kontra studenti li kienu fis-seminarju.

Il-konferma tal-investigazzjoni saret  wara li allegati vittmi ta’ l-Arċisqof Alberto Taveiro Correa, akkużah li kien wettaq fuqhom diversi abbużi u li dawn jinfirxu fuq għadd ta’ snin.

Din l-aħbar spiċċat ixxandet ukoll fuq stazzjon televiżiv Brażiljan, wara investigazzjoni li huma wettqu. 

Il-vittmi tkellmu fuq il-kundizzjoni tal-anonimità.  Huma akkużaw lil dan l-Arċisqof, li llum għandu 70 sena,  li abbuża minnhom bejn is-sena 2014 u s-sena 2018. Dak iż-żmien huma kellhom bejn 15 u 18-il. sena. 

Huma spjegaw li l-abbuż kien isi billi kien jistedinhom f’daru. Wara hu kien idaħħalhom fil-kamra tas-sodda u jibda jsaqsihom mistoqsijiet fuq is-sesswalità tagħhom.  Hu kien jgħidilhom jinżgħu u wara kien jintefa’ imisshom. Kien hemm drabi meta hu kien imisshom u jibda jitlob. 

Share With: